L-organizzazzjoni filantropika Puttinu Cares ftit ilu tellgħu filmat li fih jaqsmu mument ħelu li kellu Rennie Zerafa, wieħed mill-fundaturi tal-organizzazzjoni, ma' pazjenta ċkejkna.

Dan il-filmat ittella' biex jippromwovi dokumentarju ġdid li se joħorġu Puttinu Cares bl-isem ta' Puttinu - L-Istorja.

Matul dan id-dokumentarju, se jkun qed jiġi rrakontat kif bdiet il-fondazzjoni Puttinu Cares u saħansitra minn fejn ġie l-isem Puttinu. Se jispjegaw ukoll kif bdew isiru l-maratoni frekwenti tagħhom, kif beda x-xiri u l-bini tal-appartamenti, fost ħafna u ħafna iktar stejjer li sawru lil din l-organizzazzjoni.

Huma kitbu li din hija "storja esklussiva ta' Puttinu [...] hija l-Istorja ta' Puttinu b’differenza."

Dan id-dokumentarju se jintwera nhar il-Ħamis 30 ta' Marzu fl-22:00 fuq TVM, nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu fis-18:15 fuq ONE u fid-20:45 fuq NET, u nhar l-Erbgħa 5 ta' April fid-21:00 fuq TVMNews+.

Facebook / Puttinu Cares


Bradley Cachia