L-avventura ta' Brillanti ġiet fi tmiemha għal La Voix Harmonies li fuq il-mezzi soċjali La Voix Harmonies għaddew messaġġ tassew mill-isbaħ juru l-gratitudni tagħhom li kellhom iċ-ċans ikunu parti minn din l-esperjenza.
Huma jiktbu, "Forsi vera m'għadniex parti minn Brillanti, imma qed nimxu lil hinn minnu b’rasna 'l fuq u qalbna mimlija kburija. Kien ta’ unur li naqsmu l-palk ma' talent inkredibbli bħal dan u li nuru l-passjoni tagħna."
La Voix Harmonies ikomplu, "Aħna grati għal dejjem għall-kummenti tal-ġurija, aħna ħa nġorru kliemhom f’qalbna hekk kif nikbru. Grazzi lil kull min kien ta' sosten f’dan il-vjaġġ, tajna kollox, u għamilnieh bil-qalb, armonija u unur."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom ħafna aktar affarijiet sbieħ fil-futur. Ninsabu ċerti li se nkomplu nisimgħu aktar bihom u bit-talent sabiħ tagħhom. Prosit tassew!