Ngħiduha kif inhi, f'kompetizzjoni b'talent mill-aqwa, diffiċli li tispikka u tkun l-aħjar ġimgħa wara ġimgħa iżda tliet kantanti partikolari rnexxielhom jerġgħu jimpressjonaw lill-ġurija professjonali ta' Brillanti.

Ritratt: Facebook / Brillanti

Ir-rebbieħ tal-isfida reverse roles, fejn il-kantanti riedu jkantaw kanzunetta li hija oriġinarjament ta' xi ħadd tas-sess oppost, interbħet minn Joe Romano li għażel is-silta ta' Amy Whinehouse Valerie. Joe kanta l-kanzunetta b'tant passjoni u għamilha tidher faċli. L-interpretazzjoni tiegħu kienet eċċelenti u l-ġurija premjawh għat-tieni ġimgħa konsekuttiva.

Ritratt: Facebook / Brillanti

Iżda żewġ persuni li għal darb'oħra impressjonaw lil ġurija kienu Maxine u Mireille. Mireille għamlet is-silta ta' Queen The Show Must Go On filwaqt li Maxine interpretat is-silta ta' Frank Sinatra My Way. Żewġ siltiet ikoniċi iżda li dawn iż-żewġ kantanti żagħżagħ għamluhom tagħhom u rnexxielhom jagħtu interpretazzjoni unika tagħhom.

Ritratt: Facebook / Brillanti


Emil Calleja Bayliss