Tal-linja kien il-karattru li lbieraħ spiċċat eliminat minn The Masked Singer Malta u wara dan il-karattru ma kien hemm ħadd ħlief l-isportiv lokali Xandru Grech. Id-detectives tal-programm ma rnexxielhomx jaslu għal min kien hemm wara l-maskra.

Huma semmew dawn il-personalitajiet lokali: Jean Claude Micallef, Ludwig Galea, Justin Haber u Mark Lawrence Zammit. Fost il-ħjiel li kien hemm kien li l-persuna wara l-maskra huwa sportiv u li b'xi mod kien hemm involviment tal-politika. Missier Xandru, Louis Grech kien involut fil-politika fejn għamel żmien bħala Deputat Priministru u Ministru għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll kien wieħed mill-erba' membri tal-Parlament Ewropew li rrappreżentaw lil Malta bħala parti mis-Soċjalisti Ewropej.

Jidher li l-informazzjoni li rċevew id-detectives ma kinitx biżżejjed biex jaslu għall-konklużjoni ta' min seta' kien, iżda diversi nies fuq il-mezzi soċjali qatgħu min hu.

Int irnexxielek?


Emil Calleja Bayliss