Come Dine With Me jirritorna b’ħames kontestanti ġodda u kollha tista' tgħid li huma uċuħ familjari mat-telespettaturi. Il-paġna tal-programm tikteb, "Din id-darba se jkunu kollha ommijiet fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm u kollha ommijiet ta’ personalitajiet popolari Maltin. Nhar il-Ħadd li ġej fid-20.45 fuq TVM. Tgħid liem omm se tirbaħ l-€1000 premju grazzi għal Mattress Collection?"
Fil-programm se nkunu qed naraw lil Joanne li tiġi omm il-kantanta Gaia, lil Alexia li tiġi omm il-kantanta Destiny, lil Mariella li tiġi omm il-kantanta Victoria Sciberras, lil Phylisienne Brincat li hija omm u wkoll kantanta, kif ukoll lil Tonia li nafuha fid-duo ta' Benny u Tonia li jallegrawna b'kanzunetti Maltin.
Tgħid min se jirnexxielu jimpressjona l-iżjed fosthom? Interessanti wkoll kemm se naraw kant din il-ġimgħa għax il-mużika żgur li parti minn ħajjithom il-ħamsa li huma!
Facebook / Come Dine With Me Malta