Is-Sibt li ġej, 3 ta’ Mejju, Fra Ryan Dalli ta’ 33 sena ser ikun qed jiġi ordnat djaknu mill-Arċisqof Chares Scicluna fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. Din iċ-ċerimonja ser tkun qed tibda fid-9:30 ta’ filgħodu.
Meta Fra Ryan kien żgħir stqarr li kien għamel xi żmien bogħod mill-knisja u anka ma kienx baqa jemmen f’Alla iżda minflok beda jfittxu f’postijijet oħra bħal protesti u anka f’attiviżmu soċjali. Minkejja l-ħbieb u l-istudji universitarji tas-soċjoloġija li temm b’suċċess xorta waħda kien ħass vojt.
Esperjenza ta’ volontarjat mas-sorijiet ta’ Mother Theresa f’Katanja bidlitlu kollox, anke jekk dak iż-żmien kien għadu ma jemminx. Aktar tard, kien għażel l-Ordni tal-Kapuċċini, fejn kien sab tifsira fil-ħidma mal-morda u l-emarġinati. Għalkemm kien telaq il-kunvent għal xi żmien, għaraf li l-vokazzjoni tas-saċerdozju tiegħu kienet tant qawwija li kien reġa' rritorna lura.
“Mulej, lili ħudni bil-mod għax lili taqbiżli,” kienet l-ewwel talba tiegħu.
Awguri mill-qalb ta' din is-sejħa tant sabiħa u tal-ġid kbir li tagħmlu fil-komunità.
Ritratti: Facebook / Ryan Dalli /Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace
Sors: tvmnews.mt