Ta' Ħal Għaxaq dejjem jaraw kif ħa jaħsdu! Dejjem jaraw kif ħa jgħollu l-livell u jagħtu lill-pubbliku spettaklu mill-aqwa. Minħabba l-pandemija, kellhom jaħsbu f'kunċett kompletament differenti mis-soltu. Iżda dan żgur li ma waqqafx l-enerġija tagħhom sabiex joħorġu b'xi ħaġa innovattiva.

Il-produzzjoni mużikali li t-tim ta' Ħal Għaxaq ħa jkun qed jippreżenta jisimha Believe li ħa tara l-aqwa talent f'pajjiżna. F'din il-produzzjoni wieħed ħa jgawdi minn spettaklu mir-rebbieħa ta' X Factor Malta Michela Pace u Destiny Chukunyere, mir-rebbieħa ta' Malta's Got Talent Jomike u Lydon. Magħhom ħa tingħaqad Ira Losco li żgur m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena lokali u ħa tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha wara t-twelid ta' bintha Gigi.

Barra minn hekk għandna nistennew ukoll spettaklu mill-isbaħ grazzi għal The MVMT, Matthew James Borg, Airport Impressions u Dav. Jr flimkien ma' MATT BLXCK. Magħhom ħa jingħaqad ir-rapper Owen Leuellen li kiseb suċċess grazzi għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-ewwel staġun ta' X Factor Malta.

Araw il-filmat hawn taħt! Fil-jiem li għaddew wieħed seta' jara xi xeni fuq il-midja soċjali ta' dawn l-artisti. Issa nafu li l-proġett kien ta' Ħal Għaxaq u ħa jidher fis-27 ta' Frar.


Emil Calleja Bayliss