Tlettax-il premju għad iridu jintrebħu hekk kif ser tibda r-raba’ edizzjoni ta’ The Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards. L-organizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell, jispjega kif dawn il-premjijiet qegħdin jgħinuna niskopru u napprezzaw żviluppi arkitettoniċi ġodda f’Malta, u n-nies li ħolquhom.
Anke jekk naraw l-arkitettura storika u moderna bħala differenti, it-tnejn li huma jista’ jkollhom suċċess bl-istess mod. Filwaqt li l-arkitettura antika tista’ tinformana dwar il-kultura, l-istorja, u l-valuri tal-passat — bħat-tempji, palazzi u knejjes uniċi li jsebbħu Gżiritna, l-arkitettura moderna għandha s-setgħa li tispira u tittrasforma għall-aħjar l-ispazji li ngħixu fihom. Iżda biex l-arkitettura moderna tikseb l-istess livell ta’ suċċess li nattribwixxu lil bini antik, il-bini tal-lum irid ikun iddisinjat tajjeb mhux biss minn barra iżda wkoll minn ġewwa. Arkitettura mfassla tajjeb mhix suġġettiva. L-istil u l-moda huma.
Ritratt: Organizzaturi tal-MASP Awards Peter Gingell, Perit Vincent Cassar, Maria Spiteri
Filwaqt li niċċelebraw ix-xogħlijiet u l-ismijiet ta’ periti lokali rikonoxxuti sew - bħal Tumas Dingli, Ġlormu Cassar, Emanuele Luigi Galizia biex insemmu xi ftit - li ħallew warajhom bini emblematiku, aħna inqas napprezzaw il-periti u disinjaturi kontemporanji tal-lum li xogħolhom qatt ma kien kumpless u ta’ sfida daqs kemm huwa llum il-ġurnata, bis-suċċess mhux garantit.
“L-iskopijiet tal-MASP Awards – issa qiegħed jilqa’ s-sottomissjonijiet għar-raba’ edizzjoni annwali tiegħu – huwa li jirrikonoxxu u jiċċelebraw ix-xogħol ta’ kwalità tal-lum u n-nies wara proġetti ta’ arkitettura ta’ suċċess iddisinjati tajjeb. Imnedija fl-2019 mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, il-MASP Awards saru famużi ma’ periti u interior designers lokali u marka ta’ eċċellenza fl-industrija,” jispjega l-organizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell.
“Kieku ma kienx għal dawn il-premjijiet, anke l-aktar proġetti mfassla tajjeb jibqgħu mhux apprezzati u jibqgħu ‘stejjer moħbija’ tat-talent lokali kreattiv li għandna madwarna. Aħna nemmnu li jekk tingħata pubbliċità lill-aħjar prattiċi hemm ċans aħjar li l-miżien ikun favur arkitettura mfassla tajjeb,” jenfasizza s-Sur Gingell.
Rebbieħ tal-Hospitality, Tourism Accommodation & Leisure Award (2020) King George and Berta, Għargħur, Periti - 3DM Architecture u Perit Elena Borg Costanzi
Għall-edizzjoni ta’ din is-sena żdiedu żewġ kategoriji ġodda. Il-Premjijiet għall-Proġetti Żgħar qegħdin jiġu introdotti biex jakkomodaw proġetti li jistgħu ma jkunux kompetittivi jekk ikunu inklużi ma’ proġetti fuq skala akbar f’kategoriji oħra. Hawnhekk, il-proġetti jridu juru li wieħed jista’ jikseb riżultati notevoli għalkemm żgħir fl-iskala. B’footprint ta’ mhux aktar minn 170 metru kwadru, il-proġetti jistgħu jinkludu wkoll installazzjonijiet, strutturi temporanji, għamara tat-toroq, kjosks ta’ informazzjoni, shading canopies u viewing platforms.
Il-kategorija ġdida l-oħra hija l-premju tal-Inġinerija fl-Arkitettura. Wara kull biċċa arkitettura kbira hemm inġinerija mill-aqwa. Dan il-premju ser jirrikonoxxi proġetti li jeċċellaw fl-inġinerija strutturali u jwessgħu l-konfini tal-arkitettura permezz tal-inġinerija kreattiva.
Is-Sur Gingell kompla jgħid li “bidla kbira oħra tirrigwarda l-istadju tal-evalwazzjoni. Minn din is-sena, il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunità li jagħtu preżentazzjoni ta’ ħames minuti għall-proġetti li jkunu ssottomettew. Dan ser jippermetti lill-membri tal-ġurija, speċjalment l-esperti barranin, li jkollhom ħarsa aktar ħolistika u jitgħallmu aktar dwar kull proġett qabel jiddeċiedu liema għandhom ikunu l-proġetti rebbieħa.”
Ritratt: Rebbieħ tar-Restoration Award (2021), Teatru Manoel, Valletta, Periti -AP Valletta
Barra minn hekk, “is-sena d-dieħla qegħdin nippjanaw li nieħdu l-proġetti rebbieħa taż-żewġ edizzjonijiet li għaddew eqreb lejn in-nies, permezz ta’ wirjiet fil-beraħ li ser ikunu mtellgħa f’numru ta’ lokalitajiet,” enfasizza s-Sur Gingell. Il-kategorija ġdida l-oħra hija l-premju tal-Inġinerija fl-Arkitettura. Wara kull biċċa arkitettura kbira hemm inġinerija mill-aqwa. Dan il-premju ser jirrikonoxxi proġetti li jeċċellaw fl-inġinerija strutturali u jwessgħu l-konfini tal-arkitettura permezz tal-inġinerija kreattiva.
Il-Premju tal-President ser jerġa’ jidher b’mod prominenti fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Sal-lum, dan il-premju prestiġjuż ingħata lill-professjonisti distinti fosthom il-Perit Konrad Buhagiar, il-Perit Joseph Spiteri (post humous) u Dr Perit Godwin Cassar. B’ħafna ismijiet possibbli fuq il-karti, dan il-premju ser jingħata lill-persuna li tat kontribut eċċellenti matul is-snin permezz ta’ riċerka, edukazzjoni, teorija jew prattika tal-arkitettura u l-ambjent mibni.
Ritratt: Rebbieħ tad-Design Award for Good Architecture, Building and Structure Award (2021), Sterling HQ, San Gwann, Perit - Christian Spiteri Architects
“Meta nistiednu dħul għall-edizzjoni ta’ din is-sena, irridu nieħdu mument biex nesprimu l-apprezzament tagħna għall-Periti u d-disinjaturi kollha rebbieħa tal-MASP Award, li l-ideat innovattivi tagħhom, il-mentalità li taħseb ’l quddiem u x-xogħol metikoluż tagħhom jispiraw il-bidla fil-kwalità tad-disinn kollettiv li għandna bżonn fl-ambjent mibni tagħna. Għal dan nibqgħu grati!”
Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet tar-raba’ edizzjoni ser issir nhar is-Sibt, l-1 ta’ April 2023. Is-sottomissjonijiet għall-premjijiet huma miftuħin sat-Tlieta, il-31 ta’ Jannar 2023, filwaqt li l-votazzjoni tal-pubbliku ser issir bejn l-20 ta’ Frar u t-12 ta’ Marzu 2023.
Ritratt: Rebbieħ tal-Public Open Spaces Award (2021); Roof garden and green wall at the Valletta Design Cluster; Periti - Restoration Directorate u Tetsuo Kondo Architects
Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet tar-raba’ edizzjoni ser issir nhar is-Sibt, l-1 ta’ April 2023. Is-sottomissjonijiet għall-premjijiet huma miftuħin sat-Tlieta, il-31 ta’ Jannar 2023, filwaqt li l-votazzjoni tal-pubbliku ser issir bejn l-20 ta’ Frar u t-12 ta’ Marzu 2023.
Għal din l-edizzjoni ġiet introdotta offerta early bird, li ser isservi ta’ inċentiv għal ditti iżgħar tal-arkitettura u interior designers biex jikkunsidraw li jidħlu għal aktar proġetti u ma jħallux ix-xogħol preparatorju kollu għall-aħħar jiem. Aktar informazzjoni u dettalji tas-sottomissjonijiet huma disponibbli online fuq is-sit elettroniku www.maspawards.com
- Rehabilitation & Conservation Award
- Restoration Award
- Design Award for Good Architecture, Building and Structure
- Residential Architecture Award
- Public Open Spaces Award
- Commercial and Public Buildings Award
- Interior Architecture Award for residential projects
- Interior Architecture Award for Commercial or Public Buildings
- Urban Planning Concept Award
- Small Projects Award
- Architectural Engineering Award
- Architecture Photography Award