Il-Prof. Oliver Friggieri (1947-2020) jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-awturi l-aktar rispettati tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, kritiku ewlieni tal-letteratura Maltija, poeta, u kontributur regolari f’ġurnali akkademiċi lokali u internazzjonali. Kiteb għadd kbir ta’ kotba (poeżija, rumanzi, novelli u kritika) u wħud mix-xogħlijiet tiegħu nqalbu f’lingwi oħra.

Nhar is-Sibt 13 t'April, ittellgħet s-serata mużiko-letterarja f’ġieħ dan il-ġgant tal-letteratura Maltija, Ħarstek Vjola Tkanta, fl-Oratorju tal-Onorati fil-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt Valletta. Disa’ poeti żgħażagħ emerġenti kitbu poeżija kull wieħed biex iwieġbu għal waħda ta’ Friggieri fosthom “Il-Bikja tal-Buskett”, “Karin u Raymond” u “Pellegrin Distratt”.

Dawn il-poeti ġodda tnebbħu mill-versi tiegħu u rriflettew fuq temi simili fix-xogħol tagħhom stess b'rabta ma' ġrajjiet attwali. Tassew bravi! 

Il-poeżiji tista' taqrahom HAWNHEKK.


Marija Bellia