Infrastructure Malta ħabbru li xi partijiet minn Triq is-Santwarju f’Ħaż Żabbar se jkunu qed jingħalqu bejn nhar it-Tnejn sebgħa ta' Frar u l-Ħamis 17 ta' Frar mis-sitta ta' filgħodu sas-sitta ta' filgħaxija.
Dan se jsir minħabba li din it-triq se tkun qed tinkesa mill-ġdid bl-asfalt. Infrastructure Malta bagħtu messaġġ lis-sewwieqa sabiex dawn jużaw rotot alternattivi minn toroq oħrajn viċin.