L-ewwel ġurnata tal-2021 u dawn il-kantanti ħa jibdew is-sena fuq nota pożittiva hekk kif ħa jkunu qegħdin jippreżentaw xogħolhom f'Mużika Mużika - Festival tal-Kanzunetta Maltija. Aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu mal-parteċipanti kollha u nsaqsuhom x'aspettativi għandhom u jekk forsi hemmx xi ħaġa li jixtiequ jagħmlu din is-sena. Araw x'kellhom x'jgħidulna!

Michela Galea ħa tkun qed tinterpreta Tbissimli fuq mużika ta' Mark Spiteri Lucas u kliem ta' Emil Calleja Bayliss.

Michela tispjega, "Naturalment, l-iktar ħaġa li nixtieq hi li nerġgħu lura għal kif konna, b’mod speċjali li jerġgħu jinfetħu t-teatri u li jerġa’ jiġi dak il-mument fejn nitla’ fuq palk u nagħti prestazzjoni quddiem udjenza numeruża kemm mill-aspett mużikali u anke dak teatrali."

B'onestà tgħid, "Il-palk immissjajtu wisq! Ma jonqosx ukoll li nerġgħu nkunu nistgħu niltaqgħu kollha flimkien. Jiena tip ta’ persuna li nħobb inkun imdawra b’ħafna nies, u mmissjajt ħafna l-fatt li ma stajniex nibqgħu niltaqgħu kif konna."

Janice Mangion flimkien mal-Puse' ħa jkunu qed jinterpretaw Teżor fuq mużika ta' Mark Scicluna flimkien ma' Cyprian Cassar u kliem ta' Emil Calleja Bayliss.

Janice tgħid, "Nittama li għas-sena l-ġdida, kulħadd ikollu esperjenzi aktar sbieħ għaliex l-imxija tal-Covid-19 ma tantx ħalliet memorji li wieħed għandu jibqa’ jfakkar. Għaldaqstant nixtieq li mil-lat personali, naħdem aktar fuq il-karriera tiegħi bħala kantanta, u nibda ngħaqqad l-ewwel kollezzjoni ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Waqt li l-Puse' jistqarr, "Bħal kulħadd nittama li 2021 tkun aħjar minn din is-sena! Illum sirt napprezza iktar dak kollu li għandi u ngawdi fid-dinja. Nirringrazzja lil Mulej tal-oppurtunitajiet varji li kelli matul il-karriera twila tiegħi u dejjem inħares ‘il quddiem għal sfidi u proġetti ġodda."

Il-kantawtur MJAW jinterpreta l-kanzunetta Tista'.

Mjaw jgħid, "L-2020 hija sena importantissima għall-bniedem. Sinċerament nittama li nqattgħu l-2021 ngħożżu u niflu l-lezzjonijiet li ġew offruti lilna din is-sena. Fl-2021, personalment nittama li nkun nista’ nsiefer għal xi żmien, għax safra tajba żżidlek sentejn ħajja u tispirak tgħixhom sewwa."

Il-kantanta Raquel tinterpreta l-kanzunetta Vizzju fuq kliem u mużika ta' AIDAN.

Mill-banda l-oħra Raquel tistqarr, "Bħal kulħadd nittama li 2021 tkun aħjar minn din is-sena! Illum sirt napprezza iktar dak kollu li għandi u ngawdi fid-dinja. Nirringrazzja lil Mulej tal-opportunitajiet varji li kelli matul il-karriera twila tiegħi u dejjem inħares ‘il quddiem għal sfidi u proġetti ġodda."

Franklin Calleja jinterpreta l-kanzunetta Warajk fuq mużika ta' Dominic Cini u kliem ta' Etienne Micallef.

Franklin jgħidilna, "Bħal kulħadd nittama li 2021 tkun aħjar minn din is-sena! Illum sirt napprezza iktar dak kollu li għandi u ngawdi fid-dinja. Nirringrazzja lil Mulej tal-oppurtunitajiet varji li kelli matul il-karriera twila tiegħi u dejjem inħares ‘il quddiem għal sfidi u proġetti ġodda."

Dalwaqt aktar artisti u l-ħsibijiet tagħhom dwar is-sena 2021! Għal aktar informazzjoni żur is-sit ta' Mużika Mużika billi tagħfas HAWN.


Anthony Baldacchino