Kellymni: Episodju 27 - Gillian Attard
Gillian Attard titkellem ma’ Melanie Kelly, f’intervista onesta fejn taqsam magħha diversi esperjenzi, esperjenzi li ġabulha diqa f’ħajjitha għal dawk li żgur se jnisslulkom tbissima fuq fommkom.
46 minuta
Melanie Kelly titkellem ma’ Gillian Attard, fejn niskopru aktar dwar it-traġedja li l-familja tagħha għaddiet minnha meta kellha biss 12-il sena. Niskopru aktar dwar kif din ħalliet impatt fuq ħajjitha u kif illum li għadda tant żmien xorta waħda tħoss l-effett ta’ dak li għaddiet minnu tant snin ilu. Gillian ma kellix ħajja faċli iżda dejjem fittxet biex terġa’ tqum.
Hi titkellem fuq l-imħabba li kellha lejn nannitha, il-problemi ta’ saħħa ta’ missierha u l-fatt li llum tgħallmet li għandha tkun hemm għall-familja tagħha, minkejja li x-xogħol iżommha impenjata mmensament. Gillian titkellem dwar ix-xogħol tagħha u kemm tħobb tgħin student li jkollhom ċerti problemi, tħoss li magħhom tista’ tagħmel xi ħaġa ta’ ġid.
Waqt il-podcast Kellymni ħa niskopru l-imħabba enormi li għandha lejn l-annimali. Mhux biss klieb u qtates iżda anke żwiemel u ħmir. Iva, sewwa qrajtu. Minn mumenti tassew serju u kemxejn tqal, għal mumenti aktar leġġeri. Intervista b’differenza fejn se jkollkom iċ-ċans li li ssiru tafu lil Gillian mill-viċin – xi ħaġa li żgur li ftit kellkom iċ-ċans li tagħmlu qabel.