Il-preżentatur maħbub ta' Calypso Radio Twanny Scerri fuq il-mezzi soċjali tiegħu jawgura lill-għażiża ommu l-isbaħ xewqat f'jum għeluq sninha. Hu jikteb, "Bongu, ibni. Qiegħed nisimgħek ftit imħasseb illum. X'għandek? Bongu, Ma. Le, m’għandi xejn ta’. Ok, jien! Jgħidu li l-omm tinduna b’kollox! Verità! L-omm! Ommi Mary illum tagħlaq 94 sena!"
Twanny jkompli billi jgħid, "Kemm insellem lill-artisti waqt Bongu Calypso fuq Calypso Radio 101.8FM u DAB+. Ommi mhix artista — ommi hija ommi!" F'isem it-tim kollu ta' Gwida, nawguraw lil ommu l-għażiża l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ. Nawgurawlha sena mimlija saħħa, paċi u kuntentizza f'ħajjitha.
Awguri mill-qalb għażiża!