Clean Malta jitlaqgħu ma' diversi sitwazzjonijiet li bla ma trid tispiċċa tistaqsi lilek innifsek kif hawn min jasal iħammeġ lil pajjiżna b'dan il-mod. Permezz ta' post fuq il-mezzi soċjali huma jiktbu, "Għaliex? Għalfej? Tħammeġ pajjiżek? Noffru daqs dawk servizzi, kemm bħala gvern kif ukoll bħala kunsilli lokali u xorta issib min sfaċċatament jarmi llegalment!"

Huma jżidu, "Bħala diviżjoni immexxija mid-Direttur Ġenerali Ramon Deguara qed naħdmu bla waqfien sabiex inżommu pajjiżna nadif, u ssib min lanqas biss jikkunsidra l-iċken rispett lejn min jaħdem f'dan is-settur."

Clean Malta jgħidu, "Bħala Diviżjoni mhux ser naqtgħu qalbna.. se nibqgħu mpenjati biex pajjiżna jibqa jkun nadif għalhekk tkunx int il-problema iżda kun parti mis-soluzzjoni. Uża l-app CLEAN and UPKEEP, inkludi l-pin location biex twassal ir-rapport tiegħek."

Facebook / Clean Malta


Emil Calleja Bayliss