Ir-realtà tal-Covid-19 qiegħda tolqot lil ħafna nies. Ilbieraħ, il-kantanta u żeffiena lokali Annalise Ellul qajmet punt li nies li jaħdmu fl-arti qed iħossuh ukoll għax qed jesperjenzaw l-istess ħaġa huma wkoll.

Annalise kitbet, "Illum kienet waħda minn dawk il-ġranet fejn nimmissja xogħli, nimmissja t-tagħlim, nimmissja l-istudenti tiegħi u nimmissja d-daħk u l-kisbiet tagħna flimkien... Nixtieq li nista' nqum u nirrealizza li din kienet biss ħolma kerha."

Naħseb bħal Annalise hawn ħafna oħrajn li għaddejjin minn xi esperjenza simili. Ir-rutina ta' kuljum inbidlet u meta int tagħmel xi ħaġa b'tant u tant passjoni, ħa tħoss id-differenza żgur. Nittamaw li ma ddumx ma jkollok iċ-ċans li forsi bil-mod tibda r-rutina tax-xogħol tiegħek.

Kuraġġ Annalise.

Facebook / Annalise Ellul


Emil Calleja Bayliss