Il-preżentatur tar-radju Roderick Azzopardi Custo jitkellem dwar is-saħħa mentali u kemm qed jagħtu spazju biex fuq it-televiżjoni lokali jitkellmu dwar dan is-suġġett li qed jeqred tant u tant żgħażagħ.

Hu jgħid, "Nitkellmu dwar Mental Health Awareness imma kemm l-istazzjonijiet qed jagħmlu programmi dwar dan is-suġġett? Niftakar f’Settembru li għadda kelli laqgħa u s-suġġett kien fuq hekk! Fejn għaliha kienet se tkun diffiċli minħabba li kont għaddej minn perjodu li ma ridtx nidher fuq TV!"

Roderick ikompli, "Kont diġà bdejt għaddej minn ansjetà imma ħsieb kien ħaddieħor, meta tkellimt l-idea intogħġbot imma bil-programm ikun lest kemm jasal fl-istazzjon biex joħrog! Jekk jien kapaċi nsib l-għajnuna, kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna ħalli l-persuna li vera għandu bżonn l-għajnuna jagħmel kuraġġ u jsibha!"


Emil Calleja Bayliss