Bħalissa l-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin qed taħdem fuq produzzjoni speċjali, għalkemm kull sena itella' produzzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa, din is-sena qed tiċċelebra l-50 sena minn meta twaqqfet din il-kumpanija.

Dan id-dramm inkiteb mill-awtur Etienne Micallef u d-direttur hu Frank Micallef, li jigi missier l-awtur stess. Dan id-dramm se jittella' fis-Sala San Duminku fil-Belt Valletta u se jġib l-isem ta' Nirien.

Hu se jkun qed isir f'dawn id-dati:

  • It-Tnejn 25 ta’ Marzu fis-19:30
  • L-Erbgħa 27 ta’ Marzu fis-19:30
  • L-Ġimgħa 29 ta’ Marzu fid-9:30 ta’ filgħodu (Jum il-Ġimgħa l-Kbira)

Id-dramm Nirien ilaqqagħna ma' Marjam (il-Maddalena) li tkun ilha ġġorr sigriet għal snin twal. Il-ħabiba tal-qalb tagħha Veronika biss tkun taf l-istorja wara dan is-sigriet. Hi tħeġġeġ lil Marjam biex teħles minn dan it-toqol kollu billi titkellem mar-rabbi Ġesù. Imma Marjam taċċetta li tmur għand Ġesù?

X'sigriet hu li kellha mistur? Barabba ukoll min-naħa tiegħu qed jaħbi delitt faħxi u nfami li kien wettaq snin qabel. Imma lil min qatel? U x'konnessjoni għandu ma' Marjam? Iben Marjam, Adam u bint Barabba, Sara huma ħbieb kbar. Imma se fejn se tasal dil-ħbiberija? Tista' tifjorixxi f'xi ħaġa aktar? Min ma jixtieqx li dawn it-tnejn ikunu ta' xulxin?

Mill-banda l-oħra, Pilatu mdawwar b’ħafna xkiel. Il-qassisin tat-tempju jriduh joqtol lil Ġesù, bintu Maxima tbati minn kundizzjoni kronaka, martu Klawdja ma tridux joqtol lir-rabbi Lhudi... imbagħad, biex ikompli jiżdied l-inkwiet hemm il-qaddejja Elena. Imma xi trid din Elena mingħand Pilatu? Fiex jidħol Linus, iben iċ-ċenturjun?

Dawn huma biss ftit mis-sitwazzjonijiet tad-dramm NIRIEN li hu miżgħud bis-sorpriżi sal-aħħar xena.


Gwida.mt