Fl-episodju ta’ jumejn ilu ta’ Love Island, seħħ recoupling, iżda l-ebda koppja ma qajmet reazzjoni daqs din! Il-parti fejn Nicole iddeċidiet bejn Andriy u Dale, ixxandret ilbieraħ, u hi għażlet lil Andriy. "Irrid inkun f’koppja ma’ din il-persuna għax jien qatt ma npoġġi lili nnifsi l-ewwel, u minn mindu bdejt inpoġġi lili nnifsi l-ewwel ħassejt li l-univers tani ċans ieħor biex nesplora oopportunitajiet ġodda u nsir naf nies oħra. Dar-raġel għamilni nħossni iktar kuntenta f’jumejn mill-ġimgħatejn li ilni hawn. Nemmen li kollox jiġri għal raġuni” qalet Nicola fit-taħdida tagħha qabel ma għażlet.


Nicole Zammit