Illum il-preżentatur Ivan Gaffiero beda l-jum billi awgura lill-għeżież ġenituri tiegħu hekk kif bħal-lum kienu taw kelma lil xulxin fiż-żwieġ. Illum jaħbat it-58 anniversarju mit-tieġ tagħhom!
Ivan xerred ritratt mill-isbaħ tagħhom fil-waqt li kiteb, "Nibda l-ġurnata billi nawgura lill-ġenituri tiegħi Happy Anniversary. Illum 58 sena. Grazzi li ġibtuni fid-dinja u batejtu għalija. Awguri għal aktar snin ta' saħħa flimkien."
Awguri minn qalbna!