Kif ħafna fostkom jafu, il-preżentatur Luca Lorenzo ser ikun fuq it-televiżjoni għal darb'oħra permezz tal-programm tiegħu Xanna. 

Luca jisħaq li dan il-vjaġġ twil qatt ma kien emmen li għad jasal s'hawn. Fil-fatt Luca ser ikollu anke rwol ta' produttur f'dan il-programm. Jieħu ħsieb jirringrazzja lil kull min tah l-appoġġ biex jibqa' għaddej b'dak li tant iħobb u kapaċi jagħmel. 

Luca jikteb li Xanna mhux biss il-programm tiegħu iżda tat-telespettaturi u segwaċi kollha, għax "mingħajrkom m'jien xejn". B'dan il-kliem Luca juri l-gratitudni u l-apprezzament lejn dawk kollha li kontinwament emmnu fl-ambizzjonijiet u l-pjanijiet tiegħu.

Ma jistax jikteb messaġġ bħal dan u ma jsemmix dawk iż-żewġ persuni tant għal qalbu li qed iħarsuh mill-ġenna - in-nannu u n-nanna. "Naf li żewġ persuni f'ħajja oħra jinsabu kburin jaraw dan isir". Il-programm Xanna ser ikun qed jibda għada fis-19:15pm fuq ONE.

Awguri mill-qalb Luca! Ibqa' sejjer kif int sejjer!


Kyle Zarb