Bla ma trid tidħol xi ftit kompetizzjoni meta jispiċċa jkollok koppja tikkompeti f'timijiet differenti kontra xulxin. Hekk ġara meta Lenies u Clayton sabu ruħhom jikkompetu fuq U Ejja! preżentat minn Angie Laus.

L-ironija kbira kienet li Lenies kienet li xtaqet tieħu sehem fuq il-programm u applikat kemm għaliha u kemm għal Clayton. Huma lagħbu fl-istess programm u Lenies ħarġet rebbieħa mal-ħabiba tagħha, filwaqt li Clayton spiċċa fit-tieni post mal-ħabib tiegħu.

Iżda U Ejja! dejjem għandu xi sorpriża jew oħra! Fl-aħħar waqt tal-programm u f'karta li t-tim rebbieħ sabu, fisser li l-punti tagħhom se jgħaddu għand it-tim fit-tieni post u b'hekk Clayton u sieħbu spiċċaw it-tim rebbieħ.

Facebook / Lenies Pace


Emil Calleja Bayliss