Il-karattri waqt Ta' Gerit qed ikomplu jiżvelaw diversi fatti minn ħajjithom, u l-istejjer tagħhom qed ikomplu jiġu elaborati. Fl-aħħar episodju rajna lill-Madam li marret biex tkellem lil Anġlu, flimkien ma' Sean.

Anġlu jidher li nħasad malli raha u kien ser jagħlaq għall-aħħar, iżda l-Madam tagħha għaddiet. "Kieku ma ftaħtlix kont niftaħ jien stess!", qaltlu b'determinazzjoni. Jidher li l-biċċa kompliet tikbar hekk kif qabdet u daħlet biex tara fejn kienet tgħix kieku żżewġet lil Anġlu.

Kellha ħafna mistoqsijiet x'tistaqsih u kellu jirrispondi qisu, kif ukoll joqgħod għat-talba tagħha fejn jidħol it-testment! Erġa' segwi HAWN - Illejla nsegwu episodju ieħor Ta' Gerit fid-20:45 fuq TVM.


Kyle Zarb