Fl-aħħar episodju ta’ Bundytime, John Bundy irrakkonta storja ta’ meta qabad ta daqqa lil wieħed għax ħasbu kuġinuh. Darba kellu bżonn juża tal-linja, qal, u poġġa fuq is-siġġu ta’ wara. Kif kien qed iħares ‘il quddiem, jilmaħ raġel li minn wara jidher eżatt qisu l-kuġin tiegħu. “Inqum minn fuq is-seat ta’ wara u tajtu daqqa... għidtlu ‘kellimni!’” żied jirrakonta Bundy. Iżda kif dar b’ħasda, John induna li ma kienx kuġinuh. “Kont ħa mmut!” qal Bundy, u żied jgħid li t-tnejn li huma inbelgħu. “Bid-daqqa li tajtu naħseb ċaqlaqtlu l-ilma ta’ widnejh” temm jgħid John Bundy. Issa żgur se jaħsibha darbtejn meta jkun se jagħmel xi ħaġa simili.


Nicole Zammit