Illum Mario Tabone Vassallo qasam esperjenza li għadda minnha b’tama li tittieħed xi azzjoni fuqha!

Mario qal li llum waqt li kien fuq tallinja nzerta persuna li libes il-maskra sakemm tela’ fuq tallinja u neħħiha eżatt wara meta mar biex ipoġġi bilqiegħda. Huwa ġibed l-attenzjoni lil dan il-persuna għaliex xi ħaġa bħal din tmur kontra r-regolamenti u tista’ tkun ta’ periklu għas-saħħa ta’ ħaddieħor.

Hu qal li sfortunatament, ix-xufier ma ħax passi kontra dan li ġara għaliex jista’ jkun li ħassu intimidat. Għalhekk Mario qed jittama li wara li jitkellem ma’ Transport Malta, jittieħdu l-passi sabiex dan il-persuna u oħrajn bħalu jitgħallmu minn għemilhom.

Intom ġieli nzertajtu xi sitwazzjoni bħal din?


Shanice Ahar