Illum Abigail Mallia, waħda mill-imħuħ wara Take 2 Entertainment, kienet qed tiċċelebra għeluq sninha. Iżda ta’ dan, ħuha Jon ma ħallihilhiex lixxa! Apparti li għamilha ċara li Abigail akbar minnu b’5 snin (u mhux bil-kontra) u żvela wkoll minn xiex għadda meta kienu għadhom tfal… ara ftit!

-Kien mlaqqam “Piżellinu” u kull kif jismahha jinfaqa’ jnewwaħ

  • Kien jilbes ta’ ballerina (bit-tanga!) għat-talent xow li konna ntellgħu għall-ġirien
  • Kien jilbes tal-mudella tar-Ruota Della Fortuna, għall-istess talent xow
  • Kien jaqla' xebgħa tboss fir-wrestling
  • Kien jaqla’ xebgħa tboss kull meta jittanta jmiss ir-remote
  • Kien jaqla’ xebgħa tboss f’kull ċirkostanza ta’ kunflitt immaġinabbli
  • Kien jidhol fil-banju mħallat bil-pipi li oħtu tkun telqitlu hemm qabel ma ħarġet tixxotta
  • Kien jiddispra fuq l-għatba tal-pubertà bid-dar mimlija tfajliet ta’ 15 qed igawdu pyjama party

Apparti minn hekk, Jon kompla jaqbad m’Abigail billi kitbilha: “Din is-sena Ab j’Alla jkollok balla successi ħalli tagħmel xeba’ flus u ngħix minn fuqek.” 

Imma apparti ċ-ċajt kollu, Jon qalilha wkoll li “L-istamina kreattiva u d-determinazzjoni l’ għandek int qatt ma nzertajthom f’ħadd aktar. Tispirani int… U meta ħabbatt QATT ma sibt bieb magħluq.” Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawgurawlek f’għeluq sninek Abigail! 

Facebook/Jon Mallia/Abigail Mallia


Nicole Barbara