Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-kap tal-oppożizzjoni Bernard Grech Sellem il-memorja tal-mibki Francis Zammit Dimech. Matul il-karriera tiegħu, Zammit Dimech kien eks Deputat Nazzjonalista, Membru tal-Parlament Ewropew, Segretarju Ġenerali kif ukoll Aġent President.
Dr Bernard Grech qal, “Fl-ewwel opportunità li kellna wara li rritornajna Malta miż-żjara uffiċjali fiċ-Ċina u mill-funeral tal-Papa Franġisku, AnneMarie u jien morna nsellmu lil Francis Zammit Dimech. Grazzi Francis. Grazzi ta’ dak li kont. Grazzi tal-valuri li kont tħaddan u ta' dak kollu li tajt lil pajjiżna u lill-Partit Nazzjonalista. Strieħ fis-sliem għażiż.”
Jistrieh fis-sliem.