L-AAA selmu l-memorja ta' Jake Vella wara li klinika tal-veterinarji tathom donazzjoni €1,000 b'risq il-memorja tiegħu.

Minkejja li Jake m'għadux magħna, madankollu xorta waħda għadu jispira lil bosta sabiex ikunu ġenerużi u jgħinu kemm jistgħu.

Matul ħajtu, Jake ukoll kien dejjem jaħdem qatigħ bit-tnedija ta' diversi inizjattivi sabiex b'hekk jgħin lil dawk fil-bżonn, inkluż l-annimali li tant kemm kienu għal qalbu kien saħansitra jniedi mixja għalihom f'Mater Dei fil-jiem tal-Milied.

Strieħ fis-sliem, Jake!

Ritratti: Facebook / Association for Abandoned Animals


Cristian Tonna