Mikayla, forsi wħud tiftakruha parti mid-duo li rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tal-2009. Minn dak iż-żmien hi ħadet pawsa mid-dinja tal-mużika, biex tiffoka fuq l-istudji edukattivi tagħha.Iżda dan ma waqqafx lilha milli tkompli taspira fuq il-ħolm mużikali tagħha. Malli Mikayla ggradwat u stabbilixxiet ruħha fil-karriera tagħha bħala infermiera, ħadet il-pass il-kbir li jmiss – il-kitba tal-kanzunetti.
Hija b'sodisfazzjon ħarġet l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha One Day (For Real) fis-17 ta’ Awwissu 2023. Din il-kanzunetta tirrakkonta dwar żewġ persuni li jħobbu lil xulxin b'qalbhom kollha iżda eventwalment jinfirdu biex isibu t-triq tagħhom fil-ħajja. Ma’ din ir-relazzjoni kkumplikata jaslu ħafna dmugħ, iżda d-determinazzjoni għall-libertà tidher se tibda tispikka.
Issa, il-kanzunetta l-ġdida tagħha li ġiet rilaxxata fit-22 ta’ Novembru 2024. Mikayla esperimentat ma’ ġeneru differenti, ballata kontemporanja. Hija kitbet il-kanzunetta oriġinali tagħha Blue-Eyed Angel b’tifkira tal-aqwa ħabiba tagħha tat-tfulija. Ġie rilaxxat ukoll vidjow bil-lirika fuq il-kanal ta’ YouTube ta’ Mikayla li tistgħu ssegwu hawn taħt.
Awguri Mikayla!