Il-leġġenda tal-futbol Malti Michael Mifsud ħabbar li se jkun qed jingħaqad mat-tim tal-kummentarju tal-BBC għall-partita bejn Manchester United u Coventry li ser issir nhar il-Ħadd.

L-eks plejer ta’ Coventry City FC, jibqa’ mfakkar l-aktar għall-prestazzjoni mill-aqwa tiegħu meta skorja żewġ gowls kontra l-ġganti tal-Premier League Ingliż Manchester United f’partita tat-Tazza Carling ġewwa Old Trafford.

Michael jirreferi għal din il-partita bħala waħda li ġġiblu ħafna memorji sbieħ. Nawgurawlek Michael għal din l-esperjenza mill-aqwa!

View this post on Instagram

A post shared by BBC CWR (@bbccwr)

Instagram/ michaelmifsud9


Kyle Zarb