Wara tant stennija, ilbieraħ iżżewġu l-attriċi Doriana Zammit Portelli u l-maħbub tagħha Lionel.
"Miżżewġin friski, b'qalbna mimlija ferħ u mħabba," kitbet dalgħodu l-attriċi fejn bosta awgurawlha għal dan il-mument tant sabiħ f'ħajjitha.
Ilbieraħ stess il-koppja semmew kif għażlu li jiżżewġu proprju fit-30 t'April għaliex kien eżattament ukoll dakinhar meta ħarġu flimkien għall-ewwel darba.
Awguri lill-koppja Doriana u Lionel!
Ritratti: Facebook / Doriana Zammit Portelli