Għal darb’ oħra, l-paġna Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom storja ħelwa li ħsiebha ta’ min jirrifletti ftit fuqu. Bdew billi qalu, “Mort l-iskola tat-tifel għall-parents’ day. Għaddejt mill-bitħa tal-iskola, u ninnota bank miżbugħ kollu aħmar jgħajjat. Staqsejt lil ibni, "Għaliex dan il-bank miżbugħ differenti mill-bankijiet l-oħra?"”

Komplew billi qalu, “Huwa qalli, "Dak jissejjaħ il-bank ħabib. Meta xi ħadd iħossu waħdu jew ma jkollux ma' min jilgħab, ipoġġi fuqu u t-tfal l-oħra jmorru jitolbuh jilgħab magħhom."Għoġobni l-ħsieb wara l-ħolqien ta' dan il-bank. Imbagħad staqsejtu jekk qatt poġġa fuqu. Huwa qalli, "Iva mela. Meta kont ġdid fl-iskola kont inpoġġi fuqu u mbagħad kien jiġi xi ħadd u jitlobni nilgħab. Ħassejtni kuntent. U issa, meta nara t-tfal fuqu, immur nitlobhom jilagħbu miegħi. Ħadd m'għadu jitħalla waħdu."”


Charlton Cefai