Il-preżentatur Clifford Galea kemm-il darba naraw ħsibijiet bis-sens fuq il-profil tiegħu li b'xi mod jew ieħor ilkoll kapaċi nirrelataw. Ħsibijiet realistiċi li fihom x'tomgħod. Din id-darba Clifford jitkellem dwar meta persuna tikkuntattjak meta jkun il-vera bżonn biss. 

"Naf nies li meta nibgħatilhom messaġġ ma jweġbunix. Imma meta jibgħatu huma, qisha faqqgħet it-tielet gwerra dinjija. Telefonati, missed calls, messaġġi wara messaġġi."

Clifford ikompli li m'għandniex naġixxu qisu d-dinja qed ddur madwarna u għandna nirrispettaw lil xulxin biex imbagħad nistennew rispett mingħand ħaddieħor. 

Ċertament li ħafna minna nirrelataw magħha u naqblu li inġust meta niġu stmati taż-żejjed u n-nieqes. 

Facebook/ Clifford Galea


Kyle Zarb