Dak li jagħmlu mal-proxxmu t-tim ta' Puttinu Cares jibqa' fil-qalb għal dejjem. Bla dubju li x-xogħol tagħhom huwa prezzjuż u għandu jiġi apprezzat. F'post li tefgħu ftit sigħat ilu jidhru persuni li sabu l-għajnuna ta' Puttinu snin ilu, u llum qed ikunu parti mill-isforz huma wkoll.

"Dawn huma żgħażagħ li meta kienu iżgħar għaddew mill-esperjenza tal-kanċer. Illum voluntiera ma' Puttinu. Inħeġġukom tkunu magħna fil-Ġimgha l-Kbira u ċċemplu għal Puttinu. Inti ħa ċċempel?", jiktbu Puttinu. Fil-fatt qed toqrob il-maratona li fiha tkompli tissaħħaħ l-għajnuna għal Puttinu Cares biex jgħinu lil tant pazjenti.

Xerrdu dan l-appell kemm tifilħu!


Kyle Zarb