Karl Gatt kellu biss 26 sena meta sfortunatament ħalliena. Fil-15 ta’ Frar 2021 jagħlaq sena mejjet. Kien ibati minn kundizzjoni,magħrufa bħalha Muscular Dystrophy.  Din hija marda kiefra li twassal sabiex il-muskoli jiddeterjoraw b’mod progressiv tant li l-vittma tispiċċa tmut. Iseħħ interferenza ,minħabba tibdil f’ċertu ġenetika, fil-proteini li huma responsabbli fil-produzzjoni ta’ muskoli b’saħħithomi. Il-Muscular Dystrophy hija l-iktar komuni fost is-subien u normalment titfaċċa minn eta żgħira.

Il-mama tiegħu, Josephine Gatt tiddeskrivi lil Karl bħala introvers kif ukoll xi ftit mistħi. Kien ta’ ftit kliem, u l-familja tiegħu kienu l-iktar nies li kien jitkellem magħhom. 

“Karl dam imur skola sakemm kellu sittax-il sena u ma sabx ħabib li baqa’ jżomm kuntatt miegħu, wisq probabli minħabba l-karattru mistħi tiegħu.”

Tgħidilna wkoll li dan il-ġuvni kien iħobb ħafna d-dwal. “L-leds kienu jaffaxinawh wisq u spiss kien jgħid lil missieru biex jixtrlu ħa jwaħħalhom xi mkien fid-dar jew fuq barra.”

Josephine tiftaħ qalbha fuq dak li għenna tibqa’ miexja ‘l quddiem wara din it-telf tant iebsa, “L-imħabba tar-raġel u ta’ ibni l-ieħor Andrea, flimkien ma’ ħuti għinuni biex nissielet f'mumenti iebsin. Ovvjament iż-żmien ukoll lagħab parti mir-raġun li għenni ntaffi ftit żgħira mill-weġgħa għaliex jiġu mumenti fejn insib lili nnifsi nistaqsi, imma fejn qiegħed Karl tgħid qiegħed aħjar? Kuntent?”

“Lil min għaddej minn xi sitwazzjoni simili ngħidlu biss iħalli f’idejn Alla u li jerġa’ jiġi żmien aħjar.”

Riċentament Josephine avviċinat lil Charmaine Vella, sabiex tikteb poeżija speċjali għal binha. Charmaine għal min ma jafhiex għandha paġna fuq il-pjattaforma ta’ FB fejn tikteb fuq bosta poeżiji b’diversi temi. Għandha poeżiji komiċi u oħrajn b’messaġġ umani. Wieħed ma jistax ma jinnutax ir-rima kemm tispikka f'dawn il-poeżiji ħelwin.

Nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lil Josephine u lill-familjari tagħha filwaqt li nirringrazzjaw lil Josephine u lil Charmaine tal-ħin li tawna. Jekk jinteressawk il-poeżiji ħelwin ta' Charmaine dawn tista' ssibhom fuq il-grupp tagħha fuq FB bl-isem ta' Poeżiji Maltin ta' Charmytime.

Facebook / Josephine Gatt, Charmaine Vella, Poeziji ta Charmytime


Rowena Calleja