Steph Rodgers hi għalliema tal-Malti li tippubblika diversi filmati tgħallem il-Malti fuq il-mezzi soċjali u qed tgħin ħafna persuni ‘l barra minn xtutna jitgħallmu l-lingwa Maltija.
Ftit xhur ilu Steph ħabbret li ser ikollha tifla li mistennija tasal f’din id-dinja fl-aħħar t’April. Il-ġurnata tant mistennija fl-aħħar waslet hekk kif fuq il-paġna tagħha Steph kitbet, “Merħba fid-dinja, tarbija Ruby!”
Ma’ dan il-kliem ippubblikat ukoll ritratt tagħha fis-sodda tal-isptar tħares lejn it-tarbija għażiża tagħha.
Nawgurawlha mill-qalb għal dan il-vjaġġ il-ġdid. Is-segwaċi ta’ Steph kollha kienu ħerqanin biex jiltaqgħu ma’ din it-tarbija u tassew aħna eċitati għal din il-familja li issa uffiċjalment żdiedet b’waħda. Nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuq il-membri kollha ta' din il-familja! Awguri!
Instagram / @steph95_x