Il-paġna Kitty Guardians for Strays għaddiet appell ieħor rigward żewġ qtates li qegħdin fi bżonn kbir ta' appoġġ finanzjarju, apparti l-appoġġ li jeħtiġilhom minħabba t-trawma li qed jesperjenzaw.

Kif jgħid l-appell ta' Kitty Guardians for Strays, Mayple qed jesperjenza problemi newroloġiċi u Pickle ma jistax jerġa' lura barra fit-triq bl-effetti tal-istess trawma. Hemm bżonn li jinġabru 350 għalihom qabel jasal il-mument li jiddaħħlu ġo santwarju lokali, fi tmint ijiem.  

Dawn huma d-dettalji fejn tista' tagħti d-donazzjoni ġeneruża tiegħek:

BOV Mobile jew Revolut: 7704 2556 (revolut.me/kittyguardians)

Paypal: paypal.me/kittyguardiansmalta

Trasferiment bankarju: BOV (Miriam Borg Debrincat) MT52VALL22013000000040022180162

Mayple u Pickle 1


Kyle Zarb