Hawn Malta għandna ħafna talent fejn tidħol il-mużika u maż-żmien aktar qegħdin nindunaw bit-talent ta’ dawn l-artisti.

Maxine Pace, Destiny, Gaia u Michela żgur huma popolari magħna l-Maltin, anke għax tnejn minnhom irrappreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision. Issa Maxine ikkollaborat ma’ dawn il-kantanti fejn flimkien ħarġu d-diska “Skin Deep”, kanzunetta li taqsam messaġġ dwar l-imħabba lejn il-personalità tagħna, il-verita u l-empowerment.

Tgħid għad nerġgħu narawhom jikkollaboraw flimkien?

Instagram / @maxine_pace


Henzley  Bezzina