Marvic Monreal għadha kemm ħabbret li kisbet irwol eċċellenti f’opera prestiġjuża Franċiża. Id-direttur huwa Ralph Fiennes, attur Ingliż rinomat ferm. Marvic se tkun qed tirreċta ta’ Olga fl-opera Eugene Onegin ta’ Tchaikovsky, ibbażata fuq ir-rumanz ta’ Alexander Pushkin.

Fuq il-paġna tagħha Marvic kitbet, “Se nkun qed insejjaħ Pariġi d-dar tiegħi minn Ottubru sa Frar, se nerġa’ nkun Olga fil-produzzjoni l-ġdida ta’ Eugene Onegin taħt id-direzzjoni tal-inkredibbli Ralph Fiennes!”

Se tkun ukoll qed tieħu sehem fi rwol ieħor ta’ Wagner  fis-sena 2026 – Die Walkure, Grimgerde f’Novembru.

Hi kitbet ukoll kemm hi grata b’kull mument ta’ din il-ħolma li saret realtà.

Nawgurawlha mill-qalb!

Instagram / @marvicmonreal


Gabriella Borg