Ilbieraħ il-kantanta lokali Marie Emeh Camilleri rebħet it-tielet edizzjoni tal-Festival lokali Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth bil-kanzunetta Xemx, oriġinarjament kantata mill-grupp Malti The Tramps

Apparti minn hekk ir-rebbieħ bl-akbar numru ta' voti mill-pubbliku għal darb'oħra kien il-kantant Slavin Col Schembri bil-kanzunetta Ħalluni

Ir-rebbieħa fil-kategoriji respettivi tagħhom kienu dawn t'hawn taħt:

  • Kategorija A - It-Tielet Post - We Are The World - Matthew Hammett
  • Kategorija A - It-Tieni Post - Mary Poppins Medley - Elisa Polidano
  • Kategorija A - L-Ewwel Post - Traitor - Suri Saliba
  • Kategorija B - Tielet Post - Never Enough - Aaliyah Grech
  • Kategorija B - It-Tieni Post - I Surrender - Eliza Borg
  • Kategorija B - L-Ewwel Post - Thunder - Carly Cachia Arpa
  • Kategorija Ċ - It-Tielet Post - Bohemian Rhapsody - Bradley Debono
  • Kategorija Ċ - It-Tieni Post - Watergun - Gianluca Zammit
  • Kategorija Ċ - L-Ewwel Post - If I Were A Boy - Shyann Cutajar

Joe Julian Farrugia kien ir-rebbieħ tal-aqwa lirika, Priscila Giordano Psaila kienet ir-rebbieħa tal-aqwa mużika filwaqt li r-rebbieħ tal-aqwa interpretazzjoni kien Mychael Bartolo Chircop - Nixtieq Narak. 

Minn qalbna nifirħu lil Marie Emeh u lir-rebbieħa kollha, kif ukoll lill-kantanti kollha li pparteċipaw din is-sena u waslu s'hawn! Għall-edizzjoni li jmiss! L-applikazzjonijiet għar-raba' edizzjoni ser jiftħu f'Diċembru li ġej.


Kyle Zarb