L-iskola ta' San Ġorġ Preca fil-Ħamrun se ttella' maratona ta' sports fil-21 t'April b'risq The Malta Trust Foundation. Din il-maratona se tkun mimlija b'attivitajiet u divertiment għall-familja kollha, fosthom sports, kant minn diversi artisti lokali, stands tal-ikel u aktar. 

Fost il-kantanti li se jagħtu wirja bit-talent tagħhom hemm Fabrizio Faniello, ir-rebbieħ tar-raba' staġun t'X Factor Malta Richard Aquilina, Luke Chappell, id-DJ Sheron, il-grupp ERBA' u ħafna iktar talent lokali!

Il-maratona se tibda fit-8:30 ta' filgħodu u mistennija ddum tul il-ġurnata sa filgħaxija. Se tattendu għal kawża ġusta?


Marija Bellia