Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, The National Archives Of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward meta f’Malta kienu joperaw it-trams elettriċi. Huma bdew billi qalu, “Malta Tramways Ltd kienet topera trams elettriċi f’Malta bejn l-1905 u l-1929. Il-linji kienu: Valletta – Marsa – Raħal Ġdid – Bormla; Valletta – Ħamrun – Qormi – Żebbuġ u Valletta – Ħamrun – Birkirkara. Is-sewwieqa tal-karozzini opponew bil-qawwa id-dħul tat-tram u saħansitra ntużaw l-armi!”

Komplew billi qalu, “numru ta’ wires elettriċi li jħaddmu t-tram kienu inqatgħu lejliet li kellu jibda s-servizz. Il-boom tat-tram intemm meta wara l-Ewwel Gwerra kienu impurati numru kbir ta’ chassis u inbnew lokalment f’karozzi tal-linja. Il-kumpanija falliet fl-1929.”


Charlton Cefai