Maxine Formosa Gruppetta bdiet l-avventura tagħha f'Miss Universe Malta lura fl-2021 meta spiċċat fit-tielet post tal-kompetizzjoni.

L-organizzaturi ddeċidew li jinnominaw lil Maxine Formosa Gruppetta bħala r-rappreżentatriċi li jmiss u b'hekk wara sena ta' taħriġ, kampanja estensiva u esperjenzi ġodda, Maxine ħa tibda l-vjaġġ tagħha lejn l-Istati Uniti sabiex ittajjar il-bandiera Maltija.

Fuq il-mezzi soċjali, Maxine kitbet, "Ma nistax nemmen li wasal il-lum, il-jum li ilna nippreparaw għalih matul l-aħħar sena. Ma nistax nibda niddeskrivi l-emozzjonijiet li qed inħoss bħalissa, imma qed nirkeb il-mewġ ta' dawn l-emozzjonijiet!"

Hi tkompli, "Inżomm il-bandiera tagħna l-Maltin għolja biex l-Univers jaraha u Malta nwiegħed li se nagħmel minn kollox biex nagħmilkom kburin. Għandi tamiet kbar ħafna iżda jkun xi jkun ir-riżultat, ma nistax inkun aktar kburija li nirrappreżenta lill-gżira sabiħa tagħna fuq pjattaforma daqshekk kbira bħal Miss Universe."

Maxine iżżid, "Grazzi lill-isponsors tiegħi kollha li għenuni matul il-vjaġġ tiegħi! Ix-xogħol iebes tagħna se jagħti l-frott u nirringrazzja lil kull wieħed u waħda minnkom! Malta nħobbok."


Emil Calleja Bayliss