Il-paġna ta' Puttinu Cares qasmet l-istorja ta' Noel. Hu jikteb, "Jiena Noel Buġeja u ġejt bżonn lil Puttinu 12-il sena ilu meta marditli t-tifla. Domna tmien xhur l-Ingilterra fejn qgħadna fi blokka ta' appartamenti li kien krielna Puttinu f'Sutton, peress li l-appartamenti f'Cheam road kienu kollha okkupati."

Noel jgħid, "Puttinu ħa ħsieb ta' kollox. Fetaħli jdejh beraħ għal kull għajnuna. Lit-tifla tlifnieha imma Puttinu baqa' jsegwina. 6 snin wara mradt jien u erġajt sibt l-għajnuna minn dan il-miraklu ta' Puttinu. Ħbieb, fil-Ġimgħa l-Kbira, aktar minn qatt qabel, ftakru ftit f'Puttinu. Il-kontribuzzjoni tagħkom tfisser ħafna."

Hu jtemm jgħidilhom, "Grazzi mhux biżżejjed għeżież Angele u Rennie. Nibqa' nħobbkom u nibqa' grat lejkom tul ħajti kollha."

Facebook / Noel Bugeja


Emil Calleja Bayliss