Veternirarju żagħżugħ Malti qasam il-vjaġġ tiegħu fejn studja u ħadem b'determinazzjoni biex jilħaq fejn jixtieq. Dr. Raoul Stafrace DVM kien involut f'varjetà ta' attivitajiet, fosthom fejn ta servizzi veterinarji lill-annimali lokali.

Apparti minn hekk Dr. Stafrace issieħeb bħala volontarjat ma' organizzazzjonijiet ta' salvataġġ tal-annimali, u pparteċipa f'seminars veterinarji madwar l-Ewropa.

"Kienet ta’ sfida iżda ta’ sodisfazzjon, bit-tlugħ u l-inżul tagħha, biex ma nsemmux l-isfidi li ġab il-Covid-19. L-istudju u l-għajxien barra minn Malta kellhom ukoll l-impatti pożittivi tagħhom bħall-prattika fi sptarijiet Veterinarji speċjalizzati."

Dr. Stafrace ikompli li, "Kelli wkoll l-unur li nkun parti mill-iskema, Veterinary Studies Scholarship Scheme, li nediet sensiela ta’ proġetti biex jgħinu fit-titjib tal-ambjent tax-xogħol veterinarju Malti, u mexxejt riċerka dwar in-nutrizzjoni tal-annimali domestiċi u l-prevenzjoni tal-mard."

Il-veterinarju żagħżugħ iħossu kburi bix-xogħol li wettaq, fejn irnexxielu jikseb suċċess fl-istudji tiegħu u jigradwa. "Issa ksibt l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex insir veterinarju ta’ suċċess. Jien lest biex nipprovdi l-aħjar servizzi u li nkompli ntejjeb l-ambjent tax-xogħol veterinarju Malti."

Dr. Stafrace gradwa mill-Università ta’ Budapest li ppermettietlu jilħaq l-għan fil-vjaġġ tiegħu li jsir veterinarju. Isemmi wkoll kemm hu grat lejn l-appoġġ tal-familja tiegħu.

Nawgurawlek kull suċċess u affarijiet sbieħ Dr. Stafrace!

Dr. Raoul Stafrace 1


Kyle Zarb