Persważ li riċenti bosta kienu ddispjaċuti hekk kif eżatt wara li ħaslu l-karozza, t-twieqi jew forsi l-bankina, ġiet fuq pajjiżna ħalba xita tal-ħamri. Jekk forsi kontu xxurtjati li ma ġralkomx hekk, persważ li rajtu karozzi fit-toroq b’kuluri distinti minn tas-soltu. Fuq fomm bosta kien jekk hux ser terġa tiġi xita ta’ din it-tip u ftit tal-ħin ilu, l-paġna fuq Facebook It-Temp Madwarna, taw aħbar tajba relatata ma’ dan is-suġġett.

Huma qalu, “L-ajru reġa’ beda jitħammeġ b’aktar ramel fin fl-arja, malli r-riħ reġa’ vara lejn il-Lbiċ.” Żiedu jgħidu wkoll, “Madankollu l-ebda xita tal-ħamri m’hi antiċipata u din is-sitwazzjoni titjieb mit-Tlieta tnejn ta’ April.”

Facebook/It-Temp Madwarna


Charlton Cefai