Wieħed mill-aktar programmi segwiti fuq l-istazzjonijiet Maltin, Bundytime, mhux se jixxandar illejla, minħabba x-xandira diretta tal-maratona, ħabbret il-paġna uffiċċjali tal-programm fuq il-midja soċjali. Madanakollu, huma qalu li mill-ġimgħa d-dieħla l-iskeda se tirritorna lura għan-normal. Bħala ċajta, huma qalu li l-madre mhux se tkun kuntenta b’din l-aħbar!

B’aktar minn 120 kumment fuq din l-aħbar, il-kummentaturi kollha jidhru li jinsabu diżappuntati b’din l-aħbar, u saħansitra issuġġerew li d-dibattiti u l-maratoni jsiru fuq stazzjon ieħor tal-PBS, u jħallu wieħed mill-istazzjonijiet bl-iskeda normali. Issuġġerew dan biex ikun hemm ukoll varjetà, u mhux kull stazzjon ixandar l-istess ħaġa. Biex tara kemm jagħmlu għalih dan il-programm in-nies!


Nicole Zammit