Frederick Mallia ta' 31 sena min-Naxxar aktarx li huwa l-iżgħar żagħżugħ li għad baqa' jdoqq il-mużika folkloristika bil-kitarra. Beda jdoqq ta' età żgħira u tista' tgħid li ħa sehem fl-avvenimenti kulturali kollha marbuta mal-għana Maltija fosthom L-Għana Fest u dawk li jittellgħu fl-irħula ma' għannejja magħrufa.

Frederick daqq ukoll preludju għat-tenur Joseph Calleja fi Frankfurt fejn ta spettaklu ta' mużika Maltija tradizzjonali. Daqq ukoll f'social clubs fl-Awstralja. Tista' tgħid li hu kapaċi jdoqq kull stil saħansitra dak Naplitan kif jidher f'dan il-filmat li ttella' fuq facebook ftit ġranet ilu fejn Frederick huwa l-kittarist tan-nofs flimkien ma' tnejn minn sħabu.

Awguri Frederick. Artisti bħalek juruna kemm għandna bżonn ngħożżu iżjed dak li jagħmilna Maltin!

Ritratt: Facebook/ Frederick Mallia


Clifford Galea