The Malta Records fuq il-paġna tagħhom qasmu rekord interessanti mmens, l-itwal salami li ra pajjiżna. Dan sar minn Ta' Bertu's Kitchen li jinsabu ġewwa San Pawl. Huma qasmu ritratt ma' sid dan ir-restorant u wkoll mas-salami, filwaqt li ppreżentaw ċertifikat lis-sid.
Huma jiktbu, "The Malta Records illum konna mistednin fir-ristorant 'Ta' Bertu's Kitchen' ġewwa San Pawl il-Baħar għal rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-itwal salami jkejjel tul ta' 4 metri u 50 ċentimetru."
The Malta Records iżidu, "Grazzi lill-propjetarju Charlot Grech u lill-mara tiegħu, li bejniethom imexxu dan ir-ristorant, talli qasmu magħna dawn il-mumenti ħelwin. Nistiednu lill-pubbliku biex imur jiekol f'dan ir-ristorant tipiku Malti u magħruf għall-għażla bnina u varjata tal-ikel."