Alex Borg għadu kemm xerred messaġġ rigward l-interkonnettivita’ bejn Malta u Għawdex, speċjalment l-importanza li jkun hemm il-metro.

"Illum, qed jintwera b’mod mill-aktar ċar kemm hu importanti li Għawdex jiġi nkluż fil-pjan tal-metro. Il-proġett tal-‘fast ferry’ tejjeb il-ħajja tal-istudenti u l-ħaddiema Għawdxin, pero’ mhuwiex biżżejjed."

Milli jidher fuq il-paġna offiċjali ta' Virtu Ferries u Gozo Fast Ferry ħarep avviż li mhux ser ikunu qed joperaw illum. "Il-‘fast ferry’ u l-vapuri mhumiex ser isolvu l-problema tal-maltemp, speċjalment fix-xhur tax-xitwa. Apparti hekk, l-istudent u l-ħaddiem Għawdxi qed ibagħtu minħabba l-fatt illi issa ir-rotta X300 m’għadhiex topera miċ-Ċirkewwa."

Alex jappella biex il-metro jingħata prijorita akbar fid-dawl ta' sitwazzjoni bħal tal-lum. "Ejja lkoll niġbdu ħabel wieħed sabiex inpoġġu il-ħajja tal-Għawdxin bħala prijorita’!" 


Kyle Zarb