Illum tiċċelebra għeluq sninha l-mara tal-attur lokali Redeemer Galea. F'dan il-jum hu jaqsam messaġġ tassew mill-qalb flimkien ma' numru ta' ritratti ta' esperjenzi li kellhom flimkien.

Hu jibda, "L-isbaħ xewqat f'għeluq sninek mara. Il-kelma grazzi mhux biżżejjed ta' dak kollu li tagħmel kuljum miegħi u mat-tifel Keiren Galea Falzon, ehe int il-pedament ta' kollox."

Redeemer ikompli, "Kont int min tal-ewwel li l-aktar stinkajt biex twaqfet RCK-Ent u li issa qegħdin naħdmu fuq diversi produzzjonijiet teatrali u hemm oħrajn pjanati flimkien. Għal aktar ħidma, divertiment, storbju, ħruġ u dak kollu li toffri l-ħajja sabiħa ta' kuljum."

Hu jtemm jgħidilha, "Happy birthday Marilyn Galea Falzon.Grazzi ta' kollox." F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ u sena pożittiva għall-aħħar.

Facebook / Redeemer Galea


Gwida.mt